Akkademiċi u professjonisti jifformulaw dokument dwar ir-riforma fil-Gvern Lokali

L-akkademiċi u professjoni jikkontribwixxu f’oqsma differenti inkluż: il-politika, il-komunità, il-kunsilli lokali u d-diżabiltà 

Fl-aħħar jiem grupp ta' akkademiċi u professjonisti ingħaqdu flimkien bl-għan li jifformulaw dokument b'pożizzjoni dwar il-White Paper tar-Riforma fil-Gvern Lokali.

L-akkademiċi u professjoni jikkontribwixxu f’oqsma differenti, inkluż il-politika, il-midja, il-komunità, il-kunsilli lokali, id-diżabiltà u ż-żgħażagħ, ingħaqdu biex jiffurmaw pożizzjoni dwar il-White Paper li tittratta r-riforma tal-Gvern Lokali.

Il-grupp faħħar l-attenzjoni li tagħti l-White Paper lill-Kunsilli Lokali u Reġjonali u nnutat il-proposti li jagħtu element teknokratiku lil dawn l-istrutturi. Madankollu, il-grupp irrakkomanda li l-komunitajiet għandhom ikunu inkubaturi ta’ żvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali b’mod ħolistiku. Il-grupp identifika u elabora fuq tliet punti prinċipali: Governanza lokali emanċipatorja; Komunikazzjoni, kuntatti u riżorsi; u Inklużjoni u diversità.

Il-grupp issuġġerixxa wkoll taħriġ regolari dwar is-servizz mogħti lir-residenti lil hinn mill-parrokjaliżmu u l-pjaċiri għall-voti; programmi ta’ mentoring għall-uffiċjali li jaħdmu fil-kunsilli lokali u reġjonali f’kull stadju tal-karriera tagħhom; tfassil u maniġġjar ta’ proġetti b’emfasi fuq applikazzjoni u maniġġjar ta’ fondi Ewropej; u titjib fil-metodi ta’ konsultazzjoni mar-residenti kollha biex tkun imfassla politika soċjali bbażata aktar fuq evidenza kwantitattiva u kwalitattiva.

Riforma tal-Gvern Lokali għandha tagħti importanza lil organizzazzjoni ta’ spazji informali u interattivi għaċ-ċittadini. L-użu tal-midja soċjali bħal gruppi spontanja tal-Facebook li qed naraw fost iċ-ċittadini komuni huma xhieda tal-għatx li hemm għal dawn it-tip ta’ spazji.

Il-grupp kien ikkordinat mis-Soċjologa Maria Brown u kien jinkludi fih lil:

Il-kontributuri jinkludu l-akkademiċi l-Professur Andrew Azzopardi (Fakultà għall-Ħarsien tas-Soċjetà), Dr Marie Briguglio (Dipartiment tal-Ekonomija) u s-Sur Colin Borg (Dipartiment tal-Public Policy); Stephania Fenech (Viċi Sindku tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun); Oliver Scicluna (Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità); Melvic Zammit (Ġurnalist, Public Broadcasting Services); u attivisti bħal Eman Borg (Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ) u Denise Farrugia (Studenta). Dr Maria Brown (Soċjologa) ikkordinat l-inizjattiva.  

 

More in Politika