L-ewwel nstab ħati li seraqlu l-mowbajl u r-'Rolex' ... u issa nħeles

Il-Qorti tal-Appell teżonera lil raġel ħati ta' serq bi vjolenza

Illum il-Qorti tal-Appell semgħet il-każ ta’ raġel li kien nstab ħati ta' serq bi vjolenza u li kkaġuna ġrieħi ħfief lil raġel ieħor.

Il-każ immur lura għall-Novembru 2014, meta skont ix-xhieda tal-vittma iż-żewġt irġiel kienu qegħdin jixorbu ġewwa bar f'Paceville. F'mument minnhom l-akkużat kien talab lill-vittma jakkumpanjah sal-karozza bl-għan li jiġbor xi ħaġa. Meta waslu fil-parkeġġ, xi ħadd ġibdu minn għonqu, tefgħu mal-art u seraqlu arloġġ 'Rolex' b’valur ta’ €3000 Rolex kif ukoll mobile b’valur ta’ €600.

Il-vittma kien issuspetta l-involviment ta' dan ir-raġel minħabba l-fatt li ftit qabel seħħ l-attakk dan kien sparixxa.

Fil-każ preċedenti il-Qorti kienet sabet lir-raġel ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u kundannatu sentejn ħabs sospiżi għall-erba' snin filwaqt li kienet ordnatu jħallas ukoll is-somma ta’ €3600 lill-vittma.

Minkejja dan, illum il-Qorti tal-Appell, qalet li l-evidenza li ġiet preżentata fil-Qorti ma kienetx biżżejjed biex tiġi meritata l-piena.

Apparti minn hekk, il-Qorti innutat kif ix-xhieda tal-vittma kienet inkonsistenti.

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Qorti tal-Appell bidlet is-sentenza oriġinarja u eżonerat lir-raġel minn kull akkuża.

More in Politika