Mil-lejl għan-nhar...titlesta t-tieni fażi tal-proġett tal-Junction tal-Marsa
30 ħaddiem ħadmu matul il-lejl biex sa dalgħodu sitt karreġġjati f'Aldo Moro nfetħu għat-traffiku lesti minn kollox
More in Politika
30 ħaddiem ħadmu matul il-lejl biex sa dalgħodu sitt karreġġjati f'Aldo Moro nfetħu għat-traffiku lesti minn kollox
Matul il-lejl li għadda tlestiet it-tieni fażi tal-proġett tal-Junction tal-Marsa hekk kif madwar 30 ħaddiem ħadmu biex sa dalgħodu, sitt karreġġjati ġodda fi Triq Aldo Moro, jingħataw l-aħħar kisja tal-asfalt u jinżebgħu s-sinjali tat-traffiku.
Fil-fatt, il-karreġġjati kollha li jagħtu lejn il-Belt Valletta ngħalqu mis-sebgħa tal-bieraħ filgħaxija iżda sa dalgħodu kieni miftuħa għat-traffiku lesti minn kollox.
Fil-ġranet li ġejjin jonqos it-twaħħil ta’ tabelli u tagħmir ieħor tat-triq.
Intant, Infrastucture Malta għaddejja wkoll bit-tħejjijiet biex qabel tmiem din is-sena tvara t-tielet fażi tal-proġett li se tinkludi l-bini ta’ seba’ pontijiet li se jsiru flok is-sistema tas-sinjali bid-dwal li hemm biswit iċ-Ċimiterju tal-Addolorata.
B’investiment ta’ €70 miljun, il-Marsa Junction Project jinkludi l-bini ta’ toroq ġodda, sistema ta’ seba’ pontijiet f’livelli differenti, passaġġi u korsiji għall-mixi u għar-roti, faċilitajiet tal-park and ride, żoni msebbħa b’siġar u pjanti u infrastruttura oħra.