Waqt programm ilejla saru allegazzjonijiet serji fil-konfront ta' Neville Gafa' u żjajjar tiegħu fil-Libja. Gafa' kien jaħdem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u illum huwa 'Projects Director' fil-Ministeru tas-Saħħa (skont il-paġna ta' Facebook tiegħu)
Quddiem il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonlista David Aguis, Ivan Grech Mintoff allega illi 13-il persuna Libjana ħalfu b'affidavit illi Neville Gafà flimkien ma' sieħbu kienu qed jitilgħu l-Libja biex 'jixtru' xhieda prospettivi fil-każ tal-visas għall-Libjani. Grech Mintoff allega illi Gafà kien qed jagħti ħafna flus lil dawn il-Libjani li kienu lesti jixhdu kontrieh fil-każ ta' allegat tixħim biex jingħataw visas lill-Libjani
Aguis sostna illi dak li qed jgħid Grech Mintoff huwa gravi u li jeħtieġ isiru ċaħdiet mill-aktar fis mill-gvern u minn Neville Gafà nnifsu