Rapport fuq is-Sunday Times of Malta illum qed jgħid illi l-investigazzjoi kriminali f'17 Black, kuntrarjament għal dak li kien qal il-Prim Ministru Joseph Muscat, fil-fatt se tinvestiga r-rabtitet li l-Ministru Konrad Mizzi u anke Keith Schembri kellhom ma' 17 Black.
Il-PM Muscat kien qal li l-investigazzjoni kienet biss fuq il-persuna u mhux fuq dawk li huma marbutin magħha. Sorsi mill-Puizija qalu lill-gazzetta illi għalkemm dan huwa minnu, eventwalment se tkun imcestigata r-rabta li 17 Black kellha jew għandha mal-Ministru Konrad Mizzi u ma' Keith Schembri.
17 Black hija kumpanija 'target client' tal-kumpaniji fil-Panama li kienu fetħu Iċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi. F'17 Black kienu diġa għaddew $1.6 miljun, mill-Ażerbajġan kif ukoll mill-aġent lokali tal-LNG. Issa kien żvelat li Direttur fil-kumpanija li bniet u qed tmexxi l-Power Station, li tixtri l-gass LNG mill-Ażerbajġan, huwa sid 17 Black. Din il-kumpanija rreġistrata d-Dubaj, biddlulha isimha meta żvelata Daphne Caruana Galizia.
Intant l-istess gazzetta qed tgħid illi anke Adrian Delia, l-Kap ta-Oppożizzjoni, jinsab taħt skrutinju bl-allegati rabtiet ma' ċirku ta' prostituzzjoni jkunu investigati. Dawn qed ikunu investigati bħala parti minn investigazzjoni fuq ħasil ta' flus b'rapport tal-FIAU jgħaddi għand il-Pulizija f'Marzu li għadda.
Delia qal lill-gazzetta illi jsibha stramba li għaddejja investigazzjoni fuqu għax lilu ħadd ma għajjatlu jew ikkuntattjah fir-rigward ta' din l-investigazzjoni.
'Kellek informazzjoni dwari minn Marzu...' - Delia jirreaġixxi
Intant dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal illi meta jrid il-Kummissarju jista' jinvestigah. Huwa qal illi l-Kummissarju ilu li kellu xi informazzjoni dwaru minn Marzu (ara 'l fuq fl-artiklu) u staqsa allura għalfejn qatt ma sejjaħlu biex jinterrogah.
Huwa fakkar illi dak iż-żmien kien avukat u mhux politika għalkemm sostna bil-qawwa illi hu qatt m'għamel xejn ħażin u ma ħasel ebda flus u sostna illi l-akbar arma tal-partit li jmexxi hija l-verità. "Imma illum provi li Keith Schembri u Konrad Mizzi ħaslu u għadhom qed jaħslu l-flus għandna "