'Ma waqgħetx id-dinja' tfakkar Helena Dalli dwar l-introduzzjoni tad-drittijiet ċivili

Il-Ministru Helena Dalli intervistata mill-Politico li jsejjaħ lil Malta 'eroj' fil-qasam LGTIQ...

Helena Dalli
Helena Dalli

Il-Ministru Helena Dalli, intervistata minn Politico sostniet li wara diversi riformi li mexxiet hi, n-nies indunaw li ma waqgħetx d-dinja u f'referenza għall-Liġi dwar iż-Żwieġ fakkret  li n-nies baqgħu jgħidu 'Happy Mothers' Day' u 'Happy Fathers Day'. Hi kienet qed tirreferi għall-kritika tal-Partit Nazzjonalista li kien akkuża lill-Gvern illi bil-Liġi dwar iż-Żwieġ kien neħħa ir-referenza tal-kliem 'omm' u l-'missier', dan fil-fatt kien ġara biex jinkludi fih koppji omosesswali. 

"Wara dak l-għaġeb kollu...li jiġri huwa li meta persuna tqum l-għada li tgħaddi riforma ssib li s-sema ma waqgħetx u l-ħajja kompliet għaddejja. In-nies jirrealizzaw li bl-introduzzjoni ta' drittijiet ġodda ma tkun ħadt xejn mingħandhom u għalhekk fil-bidu n-nies ma jkunux favur . Iżda mbagħad jindunaw li ma tkunx għamlitilhom differenza lilhom. Qalet illi għalhekk il-Gvern introduċa ż-żwieġ għal persuni LGBTIQ pass, pass u mhux f'daqqa.

L-istqarrija ta' Dalli tiġi hekk kif il-Polonja u l-Ungerija għadhom qed juru ċerta reżistenza għal-leġiżlazzjoni favur persuni LGBTIQ. 

Il-Ministru Maltija appellat lill-kollegi Ministri Pollakki biex jiftakru li huma jinsabu fil-politika biex itejbu l-ħajja ta' kull persuna u bioex tagħti d-dritt lil dawk li m'għandhomx.

More in Politika