Il-Partit Demokratiku saħaq li għad fadal diversi mistoqsijiet mhux imwieġba dwar l-inċineratur fil-Magħtab u għalhekk talab lill-Gvern biex ikun kompletament trasparenti dwar il-pjanijiet tiegħu.
Fi stqarrija, il-Kap tal-Partit Demokratiku, Godfrey Farrugia, staqsa lill-Gvern dawn it-tliet mistoqsijiet:
1. Il-Gvern għamel studju dwar l-impatt potenzjali ta’ inċineratur fuq l-attitudni tan-nies fir-rigward tar-riċiklaġġ? Malta se tkun tista’ tilħaq il-miri tal-UE dwar ir-riċiklaġġ?
2. Il-Gvern kif jista’ jassigura li l-impatt fuq il-kwalità tal-arja fil-madwar tal-impjant propost ma jkunx negattiv?
3. X’se jsir mill-irmied? Se jiġi esportat?”
"Malta għadha tbati l-konsegwenzi ta’ pjanar ħażin fil-passat. Ma nistgħux nirrepetu l-istess żbalji għall-ġenerazzjonijiet futuri,” insista Dr Farrugia.
Kien għalhekk li appella lill-Gvern biex waqt il-laqgħa tal-Kumitat tal-Parlament dwar l-Ambjent u Żvilupp, imsejħa wara talba tal-Partit Demokratiku, iwieġeb dawn il-mistoqsijiet.