Paniku fi Sqallija hekk kif il-gżira tintlaqat minn terremot

Terremot jolqot lill-gżira ta' Sqallija kmieni dalgħodu...

L-iżbroff tal-Etna
L-iżbroff tal-Etna

Mill-inqas tnejn minn nies weġġgħu hekk kif terremot ta' 4.8 fuq l-iSkala Richter laqat lill-gżira ta' Sqallija. Dan wara l-iżbroff tal-Vulkan Etna fl-aħħar jiem. 

It-theżżiża nħasset l-aktar fil-Muniċipalità ta' Viagrande u l-midja Taljana rrapurtat kif diversi binjiet ġarrbu ħsarat. 

Il-midja Taljana rrappurtat ukoll illi kien hemm paniku sħiħ fost ir-residenti li ġrew fit-toroq kmieni dalgħodu xħin seħħ it-terremot. 

It-terremot affetwa wkoll lill-belt ta' Katanja, fejn iktar kmieni l-ajruport kellu jingħalaq minħabba rmied volakniku li ħalla l-iżbroff tal-Vulkan Etna. 

More in Politika