Żewġ irġiel Rumeni li tressqu l-Qorti instabu ħatja ta' serq minn ħanut tal-ħwejjeġ f’ San Ġiljan propju ftit jiem qabel il-Milied.
Iż-żewġ irġiel, it-tnejn li huma residenti f’San Ġiljan ġew mixlija fil-Qorti mixlija b’serq li jlaħħaq il-valur ta' €1262. Wieħed mill-irġiel ġie mixli wkoll bi pussess ta’ droga kannabis.
Il-każ seħħ fil-21 ta’ Diċembru però iż-żewġt irġiel kienu arrestati propju fil-ġurnata tal-Milied.
Fil-Qorti huma wieġbu ħatja għal-akkużi miġubija kontrihom. Fid-dawl ta’ dan u minħabba l-fatt li iż-żewġt irġiel kienu lesti jirritornaw l-oġġetti li serqu, il-Qorti imponiet is-sentenza ta’ sentejn ħabs sospiża għall-erba’ snin.
Apparti minn hekk, hi ordnat ukoll liż-żewġt irġiel iħallsu somma ta’ €1262 fi żmien erba’ xhur.
L-Ispettur Joseph Xerri mexxa l-prosekuzzjoni.