Illum f'ħidma konġunta l-Pulizija mit-taqsima tat-Traffiku flimkien ma' uffiċjali mid-Distrett ta' Għawdex waqfu u spezzjonaw mal-107 vettura f'Għawdex.
Skont il-Pulizija, l-spezzjonijiet saru f'diversi żoni madwar Għawdex fosthom fl-inħawi tax-Xewkija, in-Nadur u r-Rabat.
F'dawn il-kontrolli ġew imħarrka u mwaqqfa diversi persuni minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku li jinkludu; sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà, sewqan mingħajr liċenzja valida, sewqan mingħajr polza tal-assigurazzjoni, sewqan b'veloċità eċċessiva, sewqan b'tgħobija żejda ta' passiġieri, fost diversi ksur ta' regolamenti oħra.