Fi ftit ġimgħat 35 persuna jingħataw l-għajnuna fil-klinika għall-persuni trans

Din il-klinika tinsab fl-Imtarfa u toffri diversi servizzi lil persuni transgender

Fil-ftit ġimgħat li ilha miftuħa, 35 persuna rċevew l-għajnuna mill-Klinika tat-Transgender fl-Imtarfa

Waqt żjara f’din il-klinika, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne saħaq li s-servizzi tas-saħħa għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd fis-soċjetà.

“Din hija l-ewwel klinika f’pajjiżna li tara l-ħtiġijiet mediċi uniċi ta’ persuni transgender f’pajjiżna. Din il-klinika hija pass ieħor konkret wara li s-sena li għaddiet ġiet imnedija l-politika għal servizzi tas-saħħa għal persuni transgender”, qal Fearne.

F’din il-klinika persuni trans jingħataw kura minn tim kliniku multidixxiplinarju magħmul minn dawn l-ispeċjalizzazzjonijiet: endokrinoloġija, uroloġija, ġinekoloġija, kirurġija plastika, psikjatrija, psikoloġisti, ħaddiema soċjali, terapisti tal-familja, patoloġisti tad-diskors u l-lingwa, u infermiera.

More in Politika