Dalgħodu, uffiċjali tal-Partit Demokratiku ltaqgħu mal-membri tal-Kumitat li se jkun qed imexxi r-Riforma Kostituzzjonali.
Waqt din il-laqgħa, il-PD ippreżenta dak li fuq ir-Riforma Kostituzzjonali.
Fost oħrajn il-PD qed jipproponi li:
1. Tiġi stabbilita Konvenzjoni Kostituzzjonali għal-konsultazzjoni wiesa’ mal-entitajiet u stakeholders kollha, speċjalment ċittadini.
2. Tiġi stabbilita Kummissjoni Speċjalizzata u Teknika magħmula minn esperti lokali u barranin tal-kostituzzjoni biex jassistu lill-Konvenzjoni u jiktbu abbozz tal-kostituzzjoni emendata.
3. Appella biex ma jkunx hemm miżuri mgħaġġlin fir-riforma tal-Kostituzzjoni.
Id-delegazzjoni ppreżentaw ukoll lista bi 12-il punt li fi kliemhom għandhom jiġu indirizzati. Fost oħrajn, il-PD qed jipproponi li qabel jintemm it-terminu ta' Marie Louise Coleiro Preca, issir emenda Kostituzzjonali biex il-President il-ġdid ikun elett b'żewġ terzi tal-vot Parlamentari.
Ir-rappreżentanti tal-PD kienu d-Deputat Kap Timothy Alden, is-Segretarju Ġenerali Martin Cauchi Inglott, il-PRO Marcus Lauri, u Dr. Anthony Buttigieg.