Martin Bajada se jkompli bix-xogħol tiegħu fl-inkjesta Maġisterjali li qed titratta l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Dan hekk kif il-Maġistrat Silvio Meli ddeċieda li Bajada jista' jagħmel dan wara każ kostituzzjonali li kien infetaħ minn Alfred Degiorgio, wieħed minn nies akkużati bil-qtil ta' Caruana Galizia.
Bajada huwa meqjus bħala espert tajjeb ħafna fil-qasam tal-IT u l-mowbajls u allura jgawdi l-fiduċja ta' ħafna mill-membri tal-ġudikatura. Minkejja dan huwa kien instab ħati mill-Kingston-upon-Thames Crown Court fuq 10 akkużi ta' serq fl-1993. Hu kien ingħata sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi.
L-avukati ta' Degiorgio kienu oġġezzjonaw ukoll għall-fatt li esperti barranin kienu qed jaħdmu ma' Bajada, fil-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-każ tal-qtil ta' Caruana Galizia.