Dingli jirriżenja minn Sindku tal-Belt Valletta biex 'jirrispetta l-proċess demokratiku'

Alexei Dingli kien ilu 10 snin Sindku tal-Belt Valletta f'isem il-Partit Nazzjonalista 

Alexei Dingli, eks Sindku tal-Belt Valletta
Alexei Dingli, eks Sindku tal-Belt Valletta

Alexei Dingli ħabbar illi se jirreżenja minn Sindku tal-Belt Kapitali ta' Malta, il-Belt Valletta. F'messaġġ fuq Facebook huwa qal illi għadda r-riżenja tiegħu lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsilli Lokali u wara lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian  Delia.

Dingli sostna illi għamel dan "għax jemmen fil-proċess demokratiku" u għax issa ilu 10 snin f'din il-kariga. "Issa huwa l-aħjar żmien biex nagħmel bidliet," sostna Dingli. Huwa irringrazzja wkoll lil Delia u wiegħed li se jkompli jikkontribwixxi għall-ġid tal-pajjiż. 

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja lill Dingli tal-ħidma kollha li wettaq fil-kariga ta' Sindku u wera l-apprezzament tiegħu tal-għajnuna li se jibqa' jagħti lill-partit fi sferi oħra. 

More in Politika