'Muscat qed jipprova jaħrab mill-ġudizzju tal-Qorti dwar il-VGH' - Adrian Delia

Il-Qorti se tieħu deċiżjoni dwar l-appell tal-PM Muscat biex il-kważa ta' Delia fuq il-VGH tinqasam f'diversi kawżi, f'Marzu 

Il-Kap tal-PN Adrian Delia
Il-Kap tal-PN Adrian Delia

"Għal darb'oħra fil-Qorti, l-Gvern reġa' għamel tentattivi oħra biex iwaqqaf il-kawża li ftaħt biex it-tliet sptarijiet li ngħataw lil Vitals Global Healthcare (VGH) jingħataw lura lin-nies." Hekk sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia wara illi dalgħodu l-Qorti qatgħatha li se tiddeċiedi fuq l-appell tal-Prim Ministru fil-kawża li fetaħ, f'Marzu li ġej. Il-Prim Ministru kien appella biex il-kawża miftuħa mill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-kuntratt mogħti lill-VGH, tkun maqsuma f'diversi kawżi separati. Delia, minn naħa tigeħu qed jitlob biex il-kuntratt li sar bejn il-Gvern u l-VGH ikun annullat. 

"Wara li l-Qorti kienet stabbilit li l-Prim Ministru għandu jkun parti din il-kawża, Joseph Muscat kien fetaħ appell biex jipprova jdawwar din id-deċiżjoni. Joseph Muscat qed jipprova jaħrab il-ġudizzju tal-Qorti għax li kien għalih ma jidhirx quddiemha," sostna l-Kap tal-PN, 

"Il-Gvern qiegħed jagħmel minn kollox biex il-poplu ma jkunx infurmat dwar dan il-ftehim oxxen, fejn il-Gvern għażel li jagħti t-tliet sptarijiet Karen Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex lil min ma kellux esperjenza u lanqas kredenzjali fil-qasam tas-saħħa," temm jgħid Delia. 

Intant aktar tard f'konferenz tal-aħbarijiet fil-bini tal-Parlament Delia fakkar illi dawn it-tliet sptarijiet ingħataw lill-VGH b'€1 biss, dan minkejja li kif kienet żvelat il-gazzetta ILLUM kien sar b'aktar minn €3 miljuni f'investiment minn fondi Ewropej.  

Ara wkoll hawnhekk dwar kif il-Gvern baqa' jixtri apparat għall-isptarijiet minkejja li dawn kienu privatizzati. 

Ara hawn l-istorja kollha tal-Vitals Global Healthcare, minn meta ġew sakemm telqu

 

More in Politika