Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Trusk issuġġerixxa li l-wara l-vot tal-bieraħ fil-Parlament Ingliż kontra l-ftehim għal Brexit, ir-Renju Unit għandu jibqa’ fl-Unjoni Ewropea.
“Jekk il-ftehim huwa impossibbli, u ħadd ma jrid Brexit bla ftehim, allura minn se jkollu l-kuraġġ li jgħid x’inhi l-unika soluzzjoni?” staqsa fuq Twitter.
Ilbieraħ, 432 Deputat ivvotaw kontra l-ftehim filwaqt li kienu biss 202 Deputati li vvutaw favur il-ftehim innegozjat mill-Prim Ministru Theresa May tul dawn l-aħħar sentejn.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, wissa li ż-żmien kważi għadda biex ir-Renju Unit jaqbel fuq ftehim.
Ħeġġeġ lill-Parlament Ingliż biex jikkjarifika l-intenzjonijiet tiegħu mill-aktar fis.
Illejla, May u l-Gvern tagħha se jkunu qed jiffaċċjaw vot ta’ sfiduċja fil-Parlament Ingliż.