Il-PD isejjaħ għal Strateġija Nazzjonali għas-Sistema tas-Saħħa
Il-Partit Demokratiku jibqa' jisħaq li huwa kontra li sptarijiet pubbliċi ngħataw lill-privat
More in Politika
Il-Partit Demokratiku jibqa' jisħaq li huwa kontra li sptarijiet pubbliċi ngħataw lill-privat
Il-Partit Demokratiku fakkar li hu minn dejjem kien kontra li tliet sptarijiet pubbliċi jingħataw f’idejn kumpanija privata bil-Kap Godfrey Farrugia jsejjaħ għal Strateġija Nazzjonali għal Sistema tal-Kura tas-Saħħa.
Filwaqt li saħaq li l-ftehim mal-Vitals kien wieħed ħażin għall-aħħar, il-Kandidat Anthony Buttigieg staqsa min kien responsabbli għal dak li sejjaħlu “fjask.”
Buttigieg insista li l-mod kif sar dan il-ftehim imur kontra l-interess pubbliku, tant li fi kliemu, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, dejjem żamm ‘il bogħod minnu tant li reġa’ nnegozja mill-ġdid ma’ Steward Health Care meta din ħadet f’idha l-isptarijiet mingħand il-Vitals.
Iżda ma waqafx hemm. Kompla jisħaq li s-servizz li qiegħed jingħata fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għadu lura ħafna milli jilħaq l-aspetattivi tal-Għawdxin. “Il-ħaddiema ma jafux jekk għandhomx iduru fuq il-Gvern jew imorrux għand Steward?”
Intant, ilbieraħ, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia saħaq li l-Gvern reġa' għamel tentattivi oħra biex iwaqqaf il-kawża li fetaħ biex it-tliet sptarijiet li ngħataw lil Vitals Global Healthcare (VGH) jingħataw lura lin-nies.
Ilbieraħ, il-Qorti qatgħatha li se tiddeċiedi fuq l-appell li għamel il-Prim Ministru, f'Marzu li ġej.
Il-Prim Ministru kien appella biex il-kawża miftuħa mill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-kuntratt mogħti lill-VGH, tkun maqsuma f'diversi kawżi separati.
Delia, minn naħa tigeħu qed jitlob biex il-kuntratt li sar bejn il-Gvern u l-VGH ikun annullat.
Ara hawn l-istorja kollha tal-Vitals Global Healthcare, minn meta ġew sakemm telqu.