Il-Ministru Joe Mizzi ma laqax it-talbiet tal-GRTU dwar il-pompi tal-petrol

....jgħid illi bit-talbuiet tal-GRTU jerġgħu jogħlew il-prezzijiet tal-fuel

Il-Ministru tal-Enerġija Joe Mizzi
Il-Ministru tal-Enerġija Joe Mizzi

Aktar kmieni llum, il-Ministru Joe Mizzi sejjaħ lill-GRTU għal laqgħa dwar il-kwistjoni tal-għajnuna li qed jitolbu s-sidien tal-pompi tal-petrol biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet infrastrutturali. Dwar dan kienet ingħatat deċiżjoni mill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi fl-2011 li kienet tat żieda fil-qliegħ mill-fuel lill-pompi bil-kundizzjoni li dawn ikopru l-investimenti strutturali li għandhom isiru sal-2020.

Il-Gvern, fi stqarrija nnota t-talbiet għal żidiet mill-GRTU iżda sostna li mhux se jilqa' dawn it-talbiet kif proposti "għax f’dan l-istadju il-prezz tal-fuel jogħla għall-konsumatur lil hinn mill-prezz internazzjonali."

"Il-Gvern offra żieda oħra ’il fuq minn dak deċiż fl-2011 u li f’dan il-ħin ma jitfax piż fuq il-familji u n-negozji," sostniet l-istqarrija tal-Ministeri għall-Enerġija li temmet tgħid iżda li "l-bieb għal taħdidiet min-naħa tal-Gvern jibqa’ miftuħ."

 

More in Politika