Il-ħaddiema Għawdxin jappellaw biex il-mina tintuża għat-trasport tal-massa
L-assoċjazzjoni wriet tħassib dwar il-metodu propost li jibbaża ruħu fuq użu esklussiv għall-vetturi...
More in Politika
L-assoċjazzjoni wriet tħassib dwar il-metodu propost li jibbaża ruħu fuq użu esklussiv għall-vetturi...
L-Assoċjazzjoni tal-Ħaddiema Għawdxin f’Malta (AGEM) tinnota li matul dawn l-aħħar xhur l-argument dwar il-mina bejn Malta u Għawdex telgħa sew fuq l-agenda nazzjonali, b’ħafna jagħtu r-reazzjonijiet tagħhom għal dan il-proġett.
Għaldaqstant, AGEM, bħala assoċjazzjoni tal-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta, innotat li l-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta, huwa wieħed mill-akbar, jekk mhux l-akbar, grupp ta’ nies li ta’ kuljum jesperjenzaw id-diffikultajiet marbuta mal-ivjaġġar kontinwu bejn iż-żewġ gżejjer. "Għalhekk dan il-proġett żgur li ser ikollu impatt kemm dirett kif ukoll indirett fuq dawn il-ħaddiema. In vista ta’ dan kollu, AGEM tħoss li għandha tkun aktar involuta b’mod dirett fid-diskussjonijiet u d-deċiżjonijiet li jirrigwardaw dan il-proġett sabiex jiġi assigurat li l-bżonnijiet ta’ kulħadd fis-soċjeta Għawdxija ikunu mħarsa u diskussi b’mod ħieles, soċjalment ġust u mill-aktar informattiv. "
L-assoċjazzjoni iżda wriet tħassib dwar il-metodu propost li jibbaża ruħu fuq użu esklussiv għall-vetturi.
"Dan ser iwassal sabiex il-prinċipju ta’ ‘rapid mass transit system’, li jilqa’ għall-bżonnijiet tal-pajjiż kollu, jiġi eskluż kompletament. Fl-opinjoni t’AGEM sistema tal-massa veloċi li tgħaqqad lill-Għawdex ma’ diversi partijiet f’Malta tkun soluzzjoni li l-aktar tgħaqdi l-bżonnijiet u l-ħtiġijiet tal-ħaddiema Għawdxin li jeħtieġu sistema li tnaqqas: is-sewqan, il-ħin ta’ stennija u l-ispejjeż mingħajr il-bżonn ta’ sussidju qawwi min-naħa tal-Gvern."