Skaduti: Kummiedja ħelwa għall-familja kollha

Il-kummiedja teħodna f’dar antika li kienet ilha żmien ma tintuża...

Skaduta: Imma mhux kummiedja
Skaduta: Imma mhux kummiedja

Konna qed nieħdu flixkun birra bejn il-ħbieb meta kif spiss jiġri kelma ġġib lill-oħra u nibtet l-idea li jeħtieġ li ntellgħu produzzjoni flimkien… Jien u l-ħabib tiegħi Renzo Bonello.

“X’naqbdu nagħmlu?” staqsejna lil xulxin… Kummiedja, għax in-nies iħobbu, u għandhom bżonn, jidħku. Hawnhekk twieldet l-idea tal-kummiedja ‘Skaduti’; kummiedja li jekk tkun suċċess, kif fil-fatt nemmnu li se tkun, beħsiebna nkomplu sena wara l-oħra bil-karattri li fiha li żgur se jsiru popolari ma’ min ġej jaraha.

Il-kummiedja teħodna f’dar antika li kienet ilha żmien ma tintuża, iżda fil-preżent, koppja għadhom jiżżewġu jirranġawha u jiddeċiedu li jmorru joqogħdu fiha. Marjanu jkun irid jagħti sorpriża lil Carol li se ssir martu, u jqabbad lil Bruno, ħu l-għarusa, biex isiblu dar mill-isbaħ u wara li jiżżewweġ jeħodha toqgħod fiha.

Li ma jafx Marjanu huwa li Bruno huwa imbruljun tal-prima klassi u se jivvinta minn kollox biex jisloħ kemxa tajba lil Marjanu! Povru Marjanu… li ma jafx ukoll huwa li l-kunjata tiddeċiedi li tmur toqgħod magħhom għax ma tridx titlaq lit-tifla! Din id-dar iġibuhielu lukanda,  kulħadd dieħel u ħiereġ!

Iżda l-ikbar problema hija li ma jafux li din id-dar hija misterjuża u hemm ħaddieħor jgħix! Min huma dawn?

Skaduti hija kummiedja ħelwa għall-familja kollha li nissuġġerixxu li ħadd ma jitlef għax se tkun mimlija daħk u divertiment għall-familja kollha!

Dati: 2 u 3 ta' Frar

Post: L-Istitut Kattoliku - Furjana

Biljetti minn - www.activemalta.com

More in Politika