Wara li lejla tlaqqa' l-Grupp Parlamentari tal-PN dan is-sit jista' jiżvela illi nhar il-Erbgħa li ġej se jitlaqqa' l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, l-ewwel Eżekuttiv minn wara ċaqlieq mill-ġdid fil-partit innifsu kontra l-Kap tal-PN Adrian Delia.
Minkejja li fl-Eżekuttiv hemm aktar nies li ma jaqblux ma' Delia milli fl-Amministrattiv, l-aġenda tal-laqgħa għadha mhux magħrufa.
Wara li kampanja interna kontra Delia bdiet taqbad art, jidher li ħadd ma kien lest jieħu pass kontra Delia pubblikament u kollox waqaf hemm. Huwa improbabli ħafna li t-tmexxija tal-partit titqajjem f'din il-laqgħa,
Sa dalgħodu stess komplew il-battibekki bid-Deputat tal-PN Mario Galea jgħajjar giddieb u traditur lil Deputat li tkellem mal-ġurnal The Times fuq il-kundizzjoni ta' anonimità. Huwa tkellem dwar il-fatt li l-Grupp Parlamentari llum tlaqqa' fi ftit sigħat biss mingħajr ma kienet ċara l-aġenda.