Cami Appelgren, kandidata mal-Partit Demokratiku għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, se tkun qed tniedi kampanja ta’ tindif tal-ibħra Maltin.
Il-kampanja se jkun jisimha #Kayak2Cleanup u se ssir primarjament biex titqajjem aktar kuxjenza kontra l-ħmieġ li jintefa’ fil-baħar b’mod speċjali l-plastik.
Kif jissuġerixxi l-isem tal-attivtà, Appelgren flimkien mal-grupp li se jipparteċipà se jużaw il-kajak biex iduru mal-pajjiż tul tmiem il-ġimgħa kollu u jnaddffu minn fejn jgħaddu.
“Ma nistax nistenna aktar biex tasal din il-ġurnata,” sostniet Appelgren li qalet illi wasal iż-żmien “biex nuru l-istat li jinsab fih il-baħar tagħna.”