Il-President Tuneżin fi żjara f'pajjiżna minn għada

Se jkollu laqgħat mal-Prim Ministru Joseph Muscat, mal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u mal-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia...

Béji Caid Essebsi, President tat-Tuneżija
Béji Caid Essebsi, President tat-Tuneżija

Il-President tat-Tuneżija Béji Caid Essebsi se jagħmel żjara statali f’Malta bejn għada u nhar l-Erbgħa 6 ta’ Frar.

Huwa se jkollu laqgħa mal-President Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz il-Belt fejn se jiġu ffirmati tliet Memoranda of Understanding. Wara, huwa mistenni jindirizza l-Business Forum bejn Malta u t-Tuneżija.

Il-President Essebsi se jkollu wkoll laqgħat mal-Prim Ministru Joseph Muscat, mal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u mal-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia.

Huwa mistenni jattendi wkoll il-konferenza Empowering Gender Equality.

More in Politika