Il-Kunsill ta' Wied il-Għajn jitlob għat-twaqqigħ immedjat tal-bini tal-Jerma

... ifakkar li ordni ta' infurzar biex jitwaqqa' dan il-bini fi stat "perikoluż" ilha li ħarġet tliet snin

Il-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn f'ittra liċ-Chairman tal-Awtorità tal-Ippjanar appella biex l-iżviluppatur tal-lukanda Jerma jsegwi infurzar li kien ħareġ tliet snin ilu u jwaqqa' l-binja ta' dik li kienet lukanfda popolari "immedjtament". Il-Kunsill iddeskriva l-istat tal-binja bħala waħda li tinsab fi stat "ħażin u perikoluż." 

"Hemm bżonn li tittieħed azzjoni immedjata. Permezz ta' dan l-infurzar, l-iżviluppatur ikun jista' liberament iwaqqa' l-binja preżenti, mingħajr ma jistenna li jinħareġ il-permess finali fuq l-applikazzjoni li ssottometta, kemm-il darba tali permess jinħareġ," sostna l-Kunsill fl-ittra. 

Il-Kunsill Lokali wera t-tama li kemm jista' jkun malajr l-Awtorità tal-Ippjanar tilqa' t-talba tiegħu u terġa toħroġ avviż ta' infurzar biex jitwaqqa' l-bini eżistenti. 

'Is-sit fejn kien hemm il-Jerma għandu jerġa' jsir spazju miftuħ għall-pubbliku' , kienet ipproponiet Din l-Art Ħelwa
'Is-sit fejn kien hemm il-Jerma għandu jerġa' jsir spazju miftuħ għall-pubbliku' , kienet ipproponiet Din l-Art Ħelwa

More in Politika