Il-Kunsill tal-Belt jintalab jagħti lura l-flus f'żieda lis-Segretarja Eżekuttiva

F'email jingħad li l-Kunsill ma tax raġuni valida għal żieda ta' €200 fix-xahar ...

Il-binja fejn hemm il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta
Il-binja fejn hemm il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta se jkun mitlub jagħti lura flus li s-Segretarja Eżekuttiva tal-istess Kunsill ingħatat f'żieda. Iż-żieda li ngħatat kienet tlaħħaq madwar €200 fix-xahar. 

Fil-komunikat li ntbagħat lill-membri tal-Kunsill Lokali ntqal li minħabba li l-Kunsill ma tax raġuni valida għal dan il-kumpens, "qed jittieħed li dan il-kumpens ma kienx dovut u għalhekk qed jintalab li ssir rifużjoni tal-ħlas dovut."

Meta telgħet quddiem il-Kunsill Lokali kien il-Kunsillier Laburista tal-Belt Valletta Ray Azzopardi li vvota kontra l-għoti ta' dan il-kumpens. 

More in Politika