L-organizzazzjoni xellugija Żminijietna qalet “li l-Gvern m'għandux jappoġġja kundizzjonijiet prekarji tax-xogħol. Il-bidliet fil-liġi huma meħtieġa biex jiġi ndirizzat l-isfruttament ta’ “ ħaddiema barranin temporanji”.
“Il-kumpanija Torka, Taca Construction hija mistennija li ġġib f’Malta madwar 500 ħaddiem biex jiġu impjegati fuq żewġ proġetti kbar, f'Tas-Sliema, u San Ġorġ. Barra minn hekk, ħaddiema Filippini qed jiġu mpjegati fuq bażi temporanja permezz ta' aġenziji privati ta' reklutaġġ biex jiġu jaħdmu f'Malta fil-qasam tal-kura", żiedet tgħid Żminijietna.
Żminijietna qalet li “l-bidliet fil-liġi għandhom jinkludu li fi żmien għaxart ijiem il-kumpanija barranija stazzjonata f’Malta għanda taħtar rappreżentant bil-għan li jiġi nnegozjat u iffirmat ftehim kollettiv."
It-trejdjunjins għandhom jingħataw id-dritt li jitolbu wkoll għal dokumentazzjoni li turi li min iħaddem qed jaderixxi ma’ kundizzjonijiet minimi tax-xogħol skont kif stipulat bil-liġi Maltija," temmet għid l-għaqda.