Transport Malta tapplika biex tirreġistra l-isem 'Metro Malta'

Dan ifisser li jekk il-proġett tal-metro f’Malta jseħħ fis-snin li ġejjin, il-kumpanija se jkun jisimha Metro Malta

Skont is-sit tal-aħbarijiet ta’ Television Malta, Transport Malta ressqet applikazzjoni quddiem il-European Union Intellectual Property Office għat-Trademark bl-isem Metro Malta.

Id-diskussjoni fuq il-ħtieġa ta’ sistema ta’ trasport tal-massa qamet fl-aħħar ġimgħat wara l-proposta tal-Pertit Konrad Xuereb li qed jipproponi sistema ta’ metro li tkun estiża wkoll għal Għawdex permezz tal-mina.

Mal-gazzetta ILLUM, il-perit Konrad Xuereb kien spjega fid-dettall din il-proposta waqt li saħaq li vjaġġ minn Għawdex sal-Ajruport ikun jieħu ftit aktar min-nofsiegħa.

L-applikazzjoni li ressqet Transport Malta jfisser li jekk il-proġett tal-metro f’Malta jseħħ fis-snin li ġejjin, il-kumpanija se jkun jisimha Metro Malta.

Skont l-istess sit, l-applikazzjoni saret nhar il-Ħamis li għadda, fl-14 ta’ Marzu.

Fl-aħħar jiem il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li l-istudji dwar il-proġett tal-metro jinsabu fi stadju avvanzat.

Aqra aktar:

More in Politika