Il-KE m'għandhiex applikazzjoni għal fondi għall-proġett tal-mina

F'risposta lill-Arnold Cassola, l-Kummissjoni Ewropea (KE) qalet li m'għandha ebda applikazzjoni għal fondi għall-proġett ta' mina bejn Malta u Għawdex

Arnold Cassola
Arnold Cassola

Arnold Cassola, l-Kandidat indipendenti għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew sostna illi f'risposta mogħtija lilu mill-Kummissjoni Ewropeqa jirriżulta li m'hemm ebda applikazzjoni għal fondi għall-proġett ta' mina bejn Malta u Għawdex, liema proġett qed ikun diskuss bħalissa fil-pajjiż.

Fir-risposta, jgħid Cassola, l-Kummissjoni Ewropea fakkret illi jekk ikun hemm applikazzjoni għal dan il-proġett, dan ikun eżaminat fuq il-bażi ta' kriterji, inkluż ir-rilevanza tiegħu, il-valur miżjud għall-UE, il-kwalità u l-impatt. 

"Il-proġett irid ikun konformi mal-liġijiet tal-UE, partikolarment skont il-leġiżlazzjoni ambjentali." 

More in Politika