L-Avukat Ġenerali mhux se jibqa' jkun il-Prosekutur Ġenerali, minflok dan l-irwol se jkun separat. Dan ħabbru l-Miinistru għall-Ġuistizzja Owen Bonnici.
Din hija waħda mill-propostu tal-Kummissjoni Venezja li ppublikat raġpport ta' 27 paġna dwar Malta f'Diċembru tas-sena l-oħra.
Il-limitazzjoni tal-potreri tal-Avukat Ġenerali hija priorità, qal il-Ministru, li qal illi hemm bżonn li din tkun implimentata sas-Sajf li ġej.
Priorità oħra se tkun l-appuntament tal-ġudikatura biex dan isir indipendentement mill-Gvern. "Din ukoll trid issir sal-aħħar tas-sena," qal Bonnici
Proċess ta' konsultazzjoni se jkun qed jibda fiż-żmien li ġej.
"Dan huwa Gvern riformista, anje fil-qasam tal-ġustizzja u saltna tad-dritt. Dan il-Gvern qed jaċċerta l-kontabilità politika u għamel liġijiet gġħal dan il-għan, kif għamel liġi li tirregola donazzjonijietr lill-partiti politiċi."
Huwa fakkar kif dan il-Gvern ħoloq sistema illi fiha uffiċjali pubbliċi jkunu eżaminati u oħra biex tipproteġi l-whistleblowers.