Illum, għall-ħabta tal-10:20 am il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm weġġa’ ħaddiem ġewwa impjant f’Pembroke.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 29 sena kien sofra xi ġrieħi meta ntlaqat minn xi ġebel.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Farruġia L li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.