Illejla fi stqarrija, l-Malta Football Referees Association (MFRA) qalet li d-direttiva li ħabbret aktar kmieni din il-ġimgħa biex ir-referis ma jattendux għall-logħob se tkun irtirata.
"L-MFRA tħabbar li wara kważi sitt xhur diffiċli ħafna ntlaħħaq ftehim u ser ningħataw iż-żieda tant mistħoqqa. Nirringrazzjaw lit-tim ta’ erba’ intermedjarji li rrappreżentaw lill-MFRA. Issa huwa l mument li niffukaw fuq tmiem l-istaġun u nħallu dawn il-problemi warajna," qalet l-MRFA fl-istqarrija.
Kien propju din il-ġimgħa meta l-MFRA ħarġet direttiva sabiex ir-referis membri ma’ jmorrux għall-logħob. Deċiżjoni motivata mill-karba tal-MFRA sabiex jiġu r-riveduti l-pagi tar-referis lokali.