Mara evakwata mill-Forzi Armati minn fuq il-bastiment Alan Kurdi

Il-bastiment ilu sitt ijiem bejn sema u ilma jistenna li jingħata port

Is-sitwazzjoni bħalissa abbord il-bastiment
Is-sitwazzjoni bħalissa abbord il-bastiment

Il-Forzi Armati ta' Malta evakwaw mara minn fuq il-bastiment MV Alan Kurdi. 

Fi stqarrija, il-Forzi Armati ta' Malta spjegaw li din il-mara kellha bżonn kura medika urġenti.

Abbord dan il-bastiment li jinsab bejn sema u ilma jistenna li jingħata port, hemm 64 persuna, fosthom 12-il mara, żewġt itfal u tarbija.

Bħalissa, il-Kummissjoni Ewropea qed tinnegoza ma' stati membri biex talloka dawn l-immigranti li ġew salvati sitt ijiem ilu.

Skont l-NGO Sea-Eye, abbord il-bastiment hemm nuqqas ta' ikel u xorb.

More in Politika