L-ewwel indikazzjonijiet juru li l-PD u l-AD kisbu riżultat fqir
L-Alternattiva Demokratika b'nuqqas ta' madwar 2.5% tal-voti kollha li kien kiseb fl-2015
More in Politika
L-Alternattiva Demokratika b'nuqqas ta' madwar 2.5% tal-voti kollha li kien kiseb fl-2015
Skont l-aħħar informazzjoni li għandu s-sit illum.com.mt jidher li l-Partit Demokratiku u l-Alternattiva Demokratika kisbu riżultat xejn sodisfaċenti, hekk kif l-PD jidher li kiseb madwar 1% tal-voti kollha filwaqt li minn naħatiegħu l-AD kiseb madwar 0.4% tal-voti kollha.
Ta' minn jinnota li fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li għaddiet, jiġifieri dik tal-2014, l-AD kien kiseb 2.9% tal-voti kollha jew inkella it-total ta' 7,418 vot. Dakinhar, il-kandidat tal-AD, Arnold Cassola kien kiseb 5,891 vot filwaqt li Carmel Cacopardo, illum ċ-Ċerpersin tal-istess partit kien kiseb 1,527 vot. B'hekk hu mifhum li f'din l-elezzjoni l-AD tilef 2.5% tal-voti kollha li hu kien kiseb ħames snin ilu.
Ta' minn isemmi però li aktar kmieni din is-sena, Cassola ħabbar li ma kienx se jikkontesta mal-AD u minflok ikkontesta l-elezzjoni bħala kandidat indipendenti. B'hekk il-kandidati tal-AD għal din is-sena kienu Mina Tola u l-istess Cacopardo.
Aktar votanti mis-soltu li qed jassoċjaw ruħhom mal-politika tal-mibgħeda
Intant fi stqarrija, iċ-chairperson ta' Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo, irringrazzja lil dawk kollha li taw il-vot tagħhom lill-Alternattiva Demokratika. Tenna li għadu kmieni biex jinġibdu konklużjonijiet fuq il-prestazzjoni tal-AD minħabba li s'issa ingħadew kwart tal-kaxxi tal-voti biss. Għaldaqstant tħoss li għandha tagħti reazzjoni iktar tard meta r-riżultat ikun iktar ċar.
Żied jgħid li, "Jista jingħad li hemm iktar votanti mis-soltu li qed jassoċjaw ruħhom mal-politika tal-mibgħeda. Dan hu ta' thassib kbir għax ifisser li l-partiti ewlenin jaf tikber fihom it-tentazzjoni li jassoċjaw ruħhom ma din il-kultura minflok ma jikkundannawha. F'ġieħ id-diċenza tagħna bħala pajjiż jeħtieġ li l-politika Maltija tibqa' taħdem sabiex filwaqt li tifhem il-biża', tindirizzaha b'mod li ma jonqos qatt is-sens ta' umanita' u solidarjetà," qalet l-istqarrija.