Wayne Aquilina għadu kemm gie maħtur sindku tal-lokalità għal ewwel darba.
Din kienet l-ewwel elezzjoni li kkontesta l-istess Aquilina u jidher li din finalment kiseb l-akbar ammont ta' voti.
Aquilina huwa personalità magħrufa u popolari fuq il-midja tal-Partit Laburista bil-programm 'Espresso' li ilu jixxandar għal diversi żmien.
Għal-Partit laburista kienu eletti wkoll Speranza Chircop li wkoll serviet bħala Sindku għal dawn l-aħħar ħames snien, Vince Bongalais u Christopher Bruno.
Min-naħa l-oħra għall-Partit nazzjonalista giet eletta Mary Sultana.
B'hekk f'din il-lokalità l-Partit Laburista se jkollu 4 membri filwaqt li l-Partit Nazzjonalista se jkollu membru wieħed biss.