Il-Partit Laburista rebaħ fil-Mosta, għal ħafna snin lokalità Nazzjonalista u sa qabel l-elezzjoni b'Kunsill Nazzjonalista wkoll.
Għadu mhux ċar b'kemm jinsab minn fuq il-PL għalkemm jidher li se jkun riżultat viċin.
L-aħħar tliet elezzjonijiet lokali fil-Mosta saru fl-2007, sena qabel l-elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Nazzjonalista, fl-2012, sena qabel l-elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Laburista u fl-2015 mar-referendum dwar il-kaċċa.
Fl-2004 il-PN rebaħ il-Mosta b'51.3% filwaqt li l-PL kiseb 47%. Fl-2007 u fl-2012 il-PL rebaħ din il-lokalità bdistakk ta' 427 vot u 12-il vot biss, rispettivament.
Meta aktar nies ħarġu jivvutaw fl-2015, il-PN reġa rebaħ din il-lokalità, b'distakk konsiderevoli ta' 520 vot.
Ara aktar hawn dwar ir-rebħa Laburista fis-Siġġiewi