Bħal-lum ġimgħa, Malta se tkun qed tiċċelebra l-ewwel ċentinarju mill-ġrajja tas-Sette Giugno.
Biex jitfakkar dan l-anniversarju importanti, se jiġu ċċelebrati diversi attivitajiet.
Nhar l-Erbgħa 5 ta' Ġunju se jsir il-ftuħ uffiċjali tal-wirja dwar is-Sette Giugno 1919 intitolata “Kulħadd għall-Belt”, imtella’ mill-Parlament ta’ Malta, Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Heritage Malta,.
Ill-ftuħ se jsir fis-6.30pm il-bini tal-Parlament ta’ Malta, il-Belt Valletta.
L-għada, nhar is-6 ta' Ġunju, se ssir it-tifkira nazzjonali quddiem il-monument tas-Sette Giugno 1919 fis-7.00pm f’Misraħ San Ġorġ, il-Belt Valletta.
Dakinhar tas-Sette Guigno, se ssir quddiesa b’suffraġju għall-vittmi tas-Sette Giugno, jiġifieri Carmelo Abela, Manuel Attard, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer.
Il-quddiesa se ssir fl-10.00 ta’ filgħodu fil-Kappella taċ-Ċimiterju ta’ Sidtna Marija Addolorata, f’Raħal Ġdid.
Intant, fil-Belt Valletta se jsir programm ta’ marċi bejn l-10.00 ta’ filgħodu u nofsinhar tul Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta mis-Soċjeta’ Mużikali King’s Own Band tal-Belt Valletta.