Il-Partit Laburista rebaħ il-lokalità tal-Furjana u rnexxilu jeleġġi tliet siġġijiet filwaqt li l-Partit Nazzjonalista tela' żewġ siġġijiet
Davina Sammut Hili se terġa' tkun is-Sindku tal-Furjana.
Qabel l-elezzjoni din il-lokalità kienet ta' tħassib għall-Partit Laburista għal diversi raġuni fosthom ir-riżultat li kiseb l-istess Partit fl-aħħar elezzjoni meta huwa kien żied biss 10 voti mill-elezzjoni ta' qabel.
Apparti minn dan ta' min jinnota wkoll l-kandidatura ta' Nigel Holland li din is-sena qiegħed jikkontesta. Fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsill Lokali, Holland kien ġab 132 vot. Fl-istess waqt, il-kandidat Publio Agius f’isem Aġenda Soċjali għall-Furjana kien ukoll kiseb riżultat tajjeb.
Aktar informazzjoni malli taslilna.