Jammettu li żgassaw u serqu ħanut f'Baystreet waqt li kienu fis-sakra

Iż-żewġ turisti żgħażagħ ingħataw sentenza sospiża kull wieħed

Żewġ turisti żgħażagħ li kienu fis-sakra u li żgassaw ħanut tal-ħwejjew f’Baystreet wieġbu ħatja għall-akkużi kollha li nġiebu kontrihom, fosthom dawk ta’ serq.

Iż-żewġ turisti Franċiżi li għandhom 20 u 21 sena, ingħataw sentenza sospiża kull wieħed.

L-akkużati żgassaw il-ħanut ilbieraħ fil-4:45am u serqu diversi oġġetti u wettqu ħsara fil-ħanut.

Huma ngħataw sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin u ġew ordnati jħallsu €1,838 lil sid il-ħanut.

More in Politika