Aktar kmieni llum, l-Avukat Kevin Cutajar ħa l-ġurament bħala Deputat tal-Kamra tar-Rappreżentanti.
Cutajar, li huwa Għawdxi, ġie co-opted fil-Parlament biex jieħu post l-eks Deputat Nazzjonalista David Stellini li rritorna għax-xogħol tiegħu fi Brussell.
Il-mozzjoni biex inħatar membru parlamentari tressqet mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u ġiet issekondata mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
Kemm il-Whip tal-Gvern Byron Camilleri u anke l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia awgurawlu għal din il-ħatra tiegħu.
Delia, min-naħa tiegħu, appella wkoll biex Cutajar jingħata r-riżorsi meħtieġa biex iwettaq l-abbiltajiet tiegħu minħabba li huwa nieqes mid-dawl.
Cutajar, fl-ewwel diskors tiegħu, irringrazzja lill-membri tal-Kamra u wiegħed li se jaħdem għall-ġid tal-pajjiż.