Carlos Zarb, Kunsillier Laburista f'San Pawl il-Baħar, tħalla lampa stampa hekk kif tilef il-kariga ta' Viċi Sindku wara li direttiva partikolari kienet revokata. Fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook Zarb esprima d-diżappunt tiegħu għal dawn l-iżviluppi ġodda u sostna li jinsab, "imweġġa' ħafna għaliex il-kariga ta' Viċi Sindku mhux se nkun qed neħodha għaliex id-direttiva li ħarġet ftit tal-jiem ilu, illum giet irrevokata .Aħfruli jekk iddiżappuntajt lil xi ħadd minnkom iżda ma kellix kontroll fuqha, jien sirt naf illum, tlett ijiem qabel ma' suppost kelli nieħu l-ġurament."
Fil-fatt skont dak li ppublika hu stess, id-Direttiva tgħid illi persuni ta' bejn 16 u 18-il sena jistgħu jokkupaw il-kariga ta' Viċi Sindku, jekk ikollhom it-tieni l-akbar ammont ta' voti minn fost il-kandidati tal-partit rebbieħ f'dik il-lokalità. Ir-revoka iżda tgħid bl-aktar mod ċar li dan ma jistax isir u allura Viċi Sindku ma jistax ikollu din il-kariga jekk ikollu bejn 16 u 18-il sena.