Żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi serji wara li l-vettura li kien passiġġier fiha kienet involuta f'inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u kwart fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta' 22, residenti s-Swieqi meta għal xi raġuni, tilef il-kontroll u kellu impatt ma' crash barriers.
Flimkien max-xufier, kien hemm ukoll żewġ passiġġiera, it-tnejn irġiel mill-Bangladesh.
Wieħed minnhom, li għandu 30 sena, sofra xi ġrieħi u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li ż-żewġ persuni l-oħra ma sofrew l-ebda ġrieħi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.