Fi stqarrija Il-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) qalet illi hija sodisfatta li l-Qorti tal-Guztizzja laqghet proviżorjament il-Mandat ta’ Inibizzjoni dwar l-Gharfien Ewlieni tal-Physiotherapists impjegati mas-Settur Pubbliku.
"L-MUMN issa qed thares il-quddiem sabiex fit-8 ta’ Ottubru tkompli tressaq l-argumenti validi taghha quddiem l-istess Qorti tal-Gustizzja sabiex it-talba taghha tigi kkonfermata b’mod permanenti."
Din il-kwistjoni ddur dwar liema unjin, l-MUMN jew il-UĦM, għandha dritt tirrapreżenta lill-fiżjoterapisti, li huma parti minn grupp ikbar ta' ħaddiema msejħa l-Allied Health Profesionals. Eżerċizzju magħmul mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tax-Xogħol (DIER), u li kellha f’idejha l-gazzetta ILLUM, juri kif 60% tal-fiżjoterapisti huma fil-fatt membri tal-MUMN. Minkejjqa dan 58% tal-Allied Health Professionals huma membri tal-UĦM.
Ara l-artiklu li deher fuq is-sit illum.com.mt hawnhekk
L-MUMN qalet illum illi hija kunfidenti li ser issir gustizzja favur id-decizjoni tal-maġġoranza assoluta tal-fiżjoterapisti.
"Dan il-process sar b’kapriċċ mill-UHM ghaliex għalkemm hija konxja li dawn il-ħaddiema ma jridux lil din il-unjin biex tirrapreżenthom, dan ser jirriżulta f’dewmien sabiex jiġi ffirmat Ftehim Settorali ġdid."