Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li l-Gvern qiegħed jikkunsidra l-introduzzjoni ta’ dawk li sejħilhom “tourism robot” bil-għan li jdawru lit-turisti fil-Belt Valletta.
Konrad Mizzi qal dan waqt id-diskors tiegħu fid-DELTA Summit fejn insista li din hija waħda mill-inizjattivi li qed jiġu eżaminati bil-għan li t-teknoloġija u l-Intelliġenza Artifiċjali jkunu integrati mal-prodott turistiku Malti.
Huwa saħaq li l-Ministeru tiegħu huwa kommess li jagħmel użu aħjar mill-Intelliġenza Artifiċjali u kien hawn li semma din il-possibbilità.
Il-Ministru nieda wkoll l-app VisitMalta+, liema app se tkun qed isservi bħala pjattaforma li se tippromwovi l-prodott turistiku Malti u li minn fuqha, wieħed ikun jista’ jibbukja s-servizzi li jkollu bżonn meta jsur il-pajjiż.
Kompla jisħaq li Malta għandha strateġija ċara dwar l-innovazzjoni diġitali u li tħares lejn il-futur.