L-inċident seħħ ilbieraħ fir-residenza tiegħu stess
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia jinsab rikoverat Mater Dei wara li lbieraħ waqa’ u sofra ġrieħi f’rasu.
L-inċident seħħ fir-residenza tiegħu stess.
Il-Ministru Michael Farrugia nżamm għall-osservazzjoni u aktar tard mistenni li joħroġ mill-isptar.
Fi stqarrija, il-Ministeru saħaq li l-Ministru se jkun indispost għall-ġranet li ġejjin u jkun apprezzat jekk jingħata ċans ta’ perjodu ta’ mistrieħ.