Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li l-vapur MV Nikolaos, li l-kumpanija Gozo Channel kriet biex tlaħħaq mad-domanda tas-servizz bejn il-gżejjer, se jinżamm sakemm toħroġ sejħa internazzjonali biex tikri vapur għal tul taż-żmien.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Caruana saħqet li s-suċċess li ġabet magħha l-introduzzjoni tar-rabà vapur hu wieħed li ma jistax jiġi injorat, waqt li fakkret fir-rekord ta’ passiġġieri li l-kumpanija ġarret matul dan is-sajd.
Caruana qalet dan waqt it-tnedija ta’ App ġdida li permezz tagħha l-klijenti tal-Gozo Channel se jkollhom aċċess immedjat għall-iskeda aġġornata tat-traġitti, indikazzjoni fejn wasal il-vjaġġ u faċilità ta’ avviż jekk ikun hemm tibdil fl-iskeda fost l-oħrajn.
Saħqet li bħalissa għaddej ukoll il-proċess biex eventwalment tiġi introdotta sistema elettronika tal-biljetti tal-Gozo Channel biex b’hekk titjieb l-effiċjenza u l-konvenjenza għall-pubbliku