Abbozz ta’ pjan li ġie maqbul f’Malta ħmistax ilu biex l-immigranti salvati jitqassmu fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea ma jidhirx li kiseb ħafna appoġġ wara laqgħa tal-ministri għall-intern li saret fil-Lussemburgu.
Franza, il-Ġermanja, l-Italja u Malta qed jinsistu li għandu jkun hemm struttura permanenti għall-iżbark u r-rilokazzjoni ta’ Libjani li jaħarbu minn pajjiżhom permezz tal-baħar.
Madanakollu, meta dan il-pjan ġie ppreżentat lill-bqija tal-ministri għall-intern tal-Unjoni Ewropea, jidher li kiseb biss l-appoġġ tal-ministri tal-Irlanda, il-Lussemburgu u l-Portugal
Konnha sebgħa lbieraħ, sebgħa dalgħodu u sebgħa llejla. L-affarijiet ma tantx inbiddlu,” saħaq Jean Asselborn, il-ministru tal-Lussemburgu, meta kien qed jitkellem mal-ġurnalisti.
L-għan ta’ dan il-pjan huwa li joffri soluzzjoni għal diżgwid li nħoloq bejn il-pajjiżi, partikolarment Malta u l-Italja, b’immigranti jispiċċaw ġimgħat sħaħ jistennew li jingħataw port sigur.
Jidher li l-Bulgarija, Ċipru u l-Greċja lmentaw li s-summit li sar Malta indirizza biss il-problema marbuta mal-immigranti salvati bejn il-Libja u l-Italja u nesa dawk li jaslu l-Ewropa mil-Lvant tal-Mediterran.
Il-Fillandja, li preżentament għandha f’idha l-presidenza tal-Unjoni Ewropea, qalet li se taħdem biex aktar pajjiżi jissieħbu f’dan il-ftehim.Tliet