Waqt id-diskors tal-Baġit il-Ministru tal-Finanzi ħabbar li se jinbena park ta’ avventura għall-familja kollha fil-Kottonera.
Spjega li dan se jagħmel użu minn art mitluqa u li jipproteġi l-ambjent naturali tal-post billi jitfassal park innovattiv bħala parti mir-riġenerazzjoni tal-istess inħawi.
Fuq nota simili, il-Gvern se jkun qed jinvesti biex sas-sena 2023 jkun hawn numru ta’ faċilitajiet sportivi ġodda għad-dixxiplini sportivi fosthom il-motorsport, tennis, squash, weightlifting u l-handball.
Apparti minn hekk l-Ministru spjega li l-Gvern se jniedi kampanja edukattiva ta' għarfien soċjali kontra l-ġlieda tal-abbuż mis-sustanzi fl-isport.