Kardinal iżda fotografu wkoll; Wirja tar-ritratti meħuda minn Prospero Grech
Ir-ritratti kollha jinsabu għall-bejgħ b'risq il-Malta Community Chest Fund Foundation
More in Politika
Ir-ritratti kollha jinsabu għall-bejgħ b'risq il-Malta Community Chest Fund Foundation
Ħafna jafu min hu l-Kardinal Malti Prospero Grech iżda ftit jafu li huwa dilettant kbir tal-fotografija.
Ir-ritratti, meħuda mil-lenti tal-Kardinal, jinsabu għall-wiri fil-Palazz ta’ San Anton taħt il-patroċinju tal-President George Vella.
Il-wirja se tibqa’ miftuħa għal ħmistax-il ġurnata u l-bejgħ ta’ dawn ir-ritratti se jmur kollu b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.
Ir-ritratti li l-Kardinal qed jesebixxi jitrattaw għadd kbir ta’ suġġetti.
Fil-kummenti tiegħu, il-Kardinal Grech spjega kif l-imħabba tiegħu għall-fotografija bdiet 70 sena ilu u saħaq li l-fotografiji favoriti tiegħu huma dawk li jitrattaw in-nies u l-arkitettura.
Min-naħa tiegħu, il-President George Vella saħaq li ħafna jafu bil-kisbiet akkademiċi tal-Kardinal Grech iżda ftit kienu dawk li jafu li għandu passjoni kbira għall-fotografija.
Il-President kompla jisħaq li dawn ir-ritratti huma arkivju tal-mixjiet, il-vjaġġi u l-ħajja tal-Kardinal.