Koalizzjoni ġdida, din id-darba b'40 organizzazzjoni li jaħdmu fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, l-ittraffikar, prostituzzjoni u l-ugwaljanza sostnew illi l-proposta li l-prostituzzjoni tkun dikriminalizzata hija "irreponsabbli u perikoluża."
Dawn l-għaqdiet qalu illi minkejja ħafna diskors dwar drittijiet ta' immigranti u LGBTIQ "għandhom ikunu jafu li meta tiftaħ l-industrija tas-sess ma tkunx qed tipproteġi l-persuni vulnerabbli imma żżid l-abbuż kontra l-istess nies." L-għaqdiet, li jinkludu l-fergħa tan-nisa tal-PN, sostnew illi huma l-ftit nies trans li jidħlu fil-prostituzzjoni ħafna drabi ma jagħmlux dan b'għażla "imma għax ikunu ddisprati."
Huma qalu illi hemm bżonn li kulħadd jaħdem flimkien bioex kulħadd ikollu aċċess ugwali għal impjieg legali u diċenti. "M'għandniex niftħu l-indistrija tas-sess għal minoranza għas-epejjeż tal-maġġornaza li huma vulnerabbli u li qed jiġu sfruttati."
Huma qalu illi r-regolazzjoni ta' din l-industrija ma tat riżultati tajbin imkien, anzi falliet filwaqt li wasslet biex il-kundizzjonijiet li jaħdmu fihom iddeterjoraw. Huma jsemmu wkoll l-esperjenza ta' Spanja fost oħrajn fejn il-Gvern qed ireġġa lura deċiżjoni li l-prostituzzjoni tkun kriminalizzata.
"Malta tinsab f'salib it-toroq u għandha titgħallem mill-iżbalji ta' pajjiżi oħrajn, iktar milli naqgħu fl-istess nassa u nbatu mill-istess konsegwenzi devastanti."
L-organizazzjonijiet huma dawn: Association for Equality (A4E), Attard Ladies Cultural Club (ALCC), Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), Caritas, Dar Hosea, Dar Merhba Bik, Department of Gender Studies (UOM), Department of Social Policy and Social Work (UOM), emPOWer Platform, Business and Professional Women (Valletta) Malta (BPW), Foundation for Women Entrepreneurs Malta (FWE), Malta Association of Women in Business (MAWB), Malta Foundation for the Wellbeing of Society (MFWS), National Centre for Family Research, National Observatory for Living with Dignity, National Institute for Childhood, Malta Girl Guides (MGG), Moviment Nisa’ Partit Nazzjonalista (MNPN), National Council of Women (NCW). Soroptimists International Malta (SI), Young Women’s Christian Association (YWCA), Faculty of Theology (UOM), Ghaqda Studenti tat-Teologija, Good Shepherd Sisters, Justice and Peace Commission, Local Councils’ Association, Malta Association of Public Health Medicine (MAPHM), Malta Confederation of Women's Organisations (MCWO), Malta Medical Students Association (MMSA), Malta Midwives Association (MMA), Men Against Violence (MAV), OASI Foundation, Saint Jeanne Antide Foundation (SJAF), Solidarity Overseas Service (SOS) Malta, University Chaplaincy, Victim Support Malta (VSM), Women's Rights Foundation u l-Women`s Study Group (WSG)