Għal xi mumenti ilejla fil-belt Valletta folla mdaqqsa u ostili lejn il-Gvern bdiet titlef il-kontroll hekk kif ħabtet għal karozza tal-Ministru Owen Bonnici fost it-tgħajjir ta' 'korrott, korrot...','mafja' u 'demel'. Għal xi ħin il-karozza kienet imdawra b'għexieren ta' nies li poġġew messaġġi u kartelluni mal-karozza tal-istess Ministru għal xi ħin qamet ukoll kommossjoni xħin il-karozza bdiet tipprova ssuq.
Bosta nies dehru jaqbżu lill-Pulizija li ppruvaw jagħmlu barikata. Huma bdew jgħajtu u jgħajjru lill-Ministru korrott, qabel ġie l-eks Kap tal-PN Simon Busuttil iferraq l-istess folla li għal xi mumenti dehret ostili ħafna lejn il-Ministru.
Fost l-għajjat ta' 'korrott' u 'demel' il-karozza telqet mill-post, mdawra b'numru ta' pulizija. Jidher li waqt il-konfużjoni sħiħa li nqalgħet il-karozza tal-Ministru għaddiet minn fuq sieq membru tal-pulizija.